Mara li l-identità tagħha għadha mhix magħrufa tilfet ħajjitha wara li ntlaqtet minn mutur fil-Gżira.
L-inċident seħħa kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart fi Triq ix-Xatt, meta raġel ta’ 43 sena residenti Ħaż-Żebbuġ laqat lill-mara waqt li kien qed isuq mutur tal-għamla Kymco.
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar assistenza però ġiet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ