Fil-festa nazzjonali tal-Vitorja ngħatat tislima kif jixraq quddiem bosta monumenti li jfakkru il-ġrajjiet u lill-vittmi fl-istorja ta’ pajjiżna. L-ewwel, il-President ta’ Malta George Vella qiegħed kuruna ta’ fjuri mal-monument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta. Hu kien akkumpanjat ukoll mill-Forzi Armati ta’ Malta.
Il-Kumitat Festi Nazzjonali ukoll għamel diversi żjarat sabiex ifakkar kif inhu xieraq dan il-jum, b’hekk il-Kumitat żar il-monument ta’ Malta Rebbieħa fl-Isla u l-monument tal-Vitorja fil-Birgu.
Hawn, iċ-Chairperson tal-Kumitat George Zahra flimkien ma’ wħud mill-membri sellmu lill-vittmi ġewwa ċ-ċimiterju ta’ Marija Addolorata f’Raħal Ġdid u l-qabar tal-vittmi tal-Assedju fil-Forti Sant’Anġlu.