El Salvador mistennija ssir l-ewwel pajjiż biex tibda tuża l-bitcoin bħala munita.
Il-President tal-pajjiż Nayib Bukele ħabbar li l-Gvern xtara mitejn bitcoin qabel il-pajjiż jadottaha bħal munita uffiċjali.
B’hekk issa l-pajjiż għandu f’idejh 400 bitcoin li jammontaw għal kważi $21 miljun.
Il-liġi ġiet imħejjija b’tali mod li tirrikonoxxi lil bitcoin bħala munita f’El Salvador flimkiem mad-dollaru Amerikan u tgħid li kull aġenti tal-ekonomija fosthom bejjiegħa ser jaċċettaw cryptocurrency bħala forma ta’ pagament.
Ħlas ta’ taxxa wkoll jista’ jsir permezz tal-bitcoin.
Ċittadini issa ser iniżżlu app maħluqa mill-Gvern u ser jingħataw ammont ta’ bitcoin li jiswew tletin dollaru biex jippromwovu.