It-Taliban iddikjara rebħa fuq il-provinċja ta’ Panjshir, l-aħħar żona fl-Afganistan li ma kellux setgħa fuqha minkejja li tliet ġimgħat ilu rnexxielu jieħu taħt idejh il-bqija tal-pajjiż.
Filmat ippubblikat fuq il-midja soċjali juri lill-militanti tat-Taliban ixejru l-bandiera matul il-jum tat-Tnejn.
Minkejja dan, membri tar-reżistenza sostnew li għadhom preżenti f’postijiet strateġiċi tal-provinċja.
Fil-fatt il-mexxej tagħhom qed iħeġġeġ rewwixta nazzjonali kontra t-Taliban. Hu waħħal fil-komunità internazzjonali talli t-Taliban ingħata kunfidenza politika u militari.