Mil-lum Malta bdiet taċċetta ċ-ċertifikat diġitali tal-vaċċin kontra l-COVID-19 tal-Eġittu, kif ukoll il-karta tar-rekord tat-tilqim tal-Libanu. Dan tħabbar fi stqarrija mill-Ministeru għas-Saħħa u dak tat-Turiżmu.
Hawn ġie spjegat ukoll li dawn iċ-ċertifikati jirrappreżentaw vaċċini li ġew approvati mill-Awtorità Ewropea għall-Mediċini, ikunu kors sħiħ u jkunu għaddew 14-il ġurnata mill-aħħar doża.
Bħalissa Malta qed tirrikonoxxi wkoll iċ-ċertifikati tal-vaċċin tal-Unjoni Ewropea u tal-Iżvizzera, tat-Turkija, tal-Emirati Għarab Magħquda, tar-Renju Unit, tas-Serbja, tal-Ġibiltà, ta’ Jersey, ta’ Guernsey, tal-Qatar, tal-Albania, tal-Awstralja u kif ukoll ir-record card tal-Istati Uniti.