Il-Ħadd filgħodu wara l-pubblikazzjoni ta’ stħarriġ ieħor tal-opinjoni pubblika, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech reġa’ interpreta l-istħarriġ li hemm ċaqliqa favurih.
Dan anki jekk fil-fatt skont l-aħħar stħarriġ ippubblikat il-Ħadd fuq il-Maltatoday, huwa naqqas, bħal ma għamel il-ġimgħa l-oħra, fl-istħarriġ tas-Sunday Times.
“Is-survey tal-lum qiegħed jindikalna illi qegħdin nagħmlu titjib.”
Fl-istess jum li ħareġ l-istħarriġ li Grech jinterpreta biss kif jaqbel lilu, il-ġurnalist t’esperjenza Saviour Balzan kiteb fuq il-Maltatoday fuq in-nuqqas ta’ viżjoni li għandu l-Partit Nazzjonalista.
“Il-Partit Nazzjonalista jeħtieġ joffri viżjoni”, kiteb Balzan li żied jgħid li l-partit ikollu Kap li jispira.
Balzan jgħid ukoll li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ jikkunsidra l-attitudni t’arroganza u superjorità li juri meta jsemmi li l-affarijiet kienu aħjar taħt Gvern Nazzjonalista u kollox ħażin taħt Gvern Laburista.
Bernard Grech imbagħad fl-intervista fuq ir-radju spiċċa jitgħajjar.
“Għandna wkoll fake government.”
Tul l-intervista Bernard Grech tkellem ukoll b’mod negattiv fuq pajjiżna.
Skontu hawn id-dwejjaq.