Emanuel Barbara ta’ 52 sena inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li seraq.
Fil-Qorti ntqal kif dakinhar tat-tieġ t’ibnu stess, Barbara allegatament daħal fid-dar t’oħt martu, li kienet qed tattendi t-tieġ, sabiex jisraq mingħandha.
Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ġiet miċħuda, hekk kif il-Prosekuzzjoni nnutat li b’dawn l-akkużi, l-imputat kiser kundizzjonijiet ta’ ħelsien mill-arrest.
Apparti minn hekk, peress li l-allegat vittma hija persuna fil-familja tal-akkużat, hemm biża’ serja ta’ intraċċ tal-provi.