Julian Lee Ritchie ta’ 23 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar tressaq il-Qorti mixli b’serq aggravat ta’ diversi oġġetti għad-detriment ta’ żewġ anzjani, u li għamel qligħ ta’ seba’ mitt ewro b’dannu għal bank lokali għaliex uża ismijiet u dokumenti foloz.
Hu ammetta l-akkużi miġjuba kontrih bil-Qorti tgħaddilu sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin. Ordnat ukoll li jgħaddi minn trattament u superviżjoni għal tliet snin biex jegħleb il-vizzju tad-droga.