Raġel ta’ 60 sena mill-Mosta, indarab gravi wara li ħabat bil-mutur li kien qed isuq ma’ karozza tal-għamla Toyota CHR li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 45 sena minn San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 tal-bieraħ filgħodu, fi Triq il-Parroċċa n-Naxxar.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.