Nature Trust Malta poġġiet lura fis-selvaġġ il-granċ tal-ilma ħelu.
Dan bħala parti mill-proġett tal-Fondazzjoni ta’ HSBC Malta u li qed issir b’kollaborazzjoni ma’ Direttorat tal-Akwa-kultura.
Dan il-granċ kien qed jinżamm f’laboratorju sabiex jiġi identifikat l-aqwa mod kif jerġa’ jiġi ppreservat l-abitat tal-Qabru.
Minbarra dan, il-fondazzjoni qed taħdem ukoll sabiex teduka lill-pubbliku dwar it-theddida serja li hemm fuq dan it-tip ta’ granċ kif ukoll sabiex tinħoloq kuxjenza dwar l-impatt li t-tibdil fil-klima tista’ tħalli fuq Malta u Għawdex.