Membri ta’ forzi ta’ reżistenza fil-wita ta’ Panjshir fl-Afganistan qed jiġġieldu lill-militanti Talibani.
Fl-aħħar sigħat ġie rrappurtat ġlied fil-provinċja ta’ Panjshir.
Il-ġellieda li qed jopponu lit-Taliban huma nies li ġġieldu flimkien mal-Amerikani fl-2001 meta l-Alleati marru biex iqaċċtu lit-Taliban mill-poter.
Dan huwa l-aħħar post li fih it-Taliban għadhom ma mponewx il-ħakma tagħhom wara li ħadu għadd ta’ provinċji u f’nofs Awwissu ħadu l-kapitali Kabul.
Bit-teħid ta’ Kabul, il-Gvern ċivili Afgan waqa’ u t-Taliban issa qed imexxu l-Afganistan wara t-tluq tat-truppi Amerikani u Ingliżi.