Sa mill-2017, GreenPak ġabret 120,000 tunnellata ta’ skart riċiklabbli. Dan qalitu fi stqarrija meta kienu qed jitkellmu dwar l-aħbar li ġiet rilaxxata minn Wasteserv.
GreenPak tiġbor skart riċiklabbli permezz tal-ġabra fil-ġimgħa tal-borża l-ħadra/griża, il-ġabra bieb bieb darba fix-xahar tal-ħġieġ, kif ukoll mill-iBiNs, in-netwerk ta’ kontenituri intelliġenti li jinsabu madwar il-gżejjer u li jintużaw għas-separazzjoni ta’ ħġieġ, plastik, karti/kartun u metall.
Hawnhekk qalet kif madankollu, għad fadal diversi sfidi fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart u saħqet li prattici sostenibbli għandhom jiġu ntrodotti minnufih sabiex titjieb il-kwalita’ talmaterjal li qed jiġi mormi mill-pubbliku.
GreenPak qalet li bħalissa għaddejjin bosta taħdidiet mal-Ministeru għall-Ambjent sabiex jiġu indirizzati xi nuqqasijiet.