Bulgaru ta’ sitta u ħamsin sena residenti l-Mosta jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn karozza waqt li kien qed isuq e-kick scooter fin-Naxxar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa neqsin għoxrin ta’ filgħodu fi Vjal il-Labour, meta karozza misjuqa minn raġel ta’ ħamsa u sittin sena residenti n-Naxxar laqtet lill-Bulgaru.
Fuq il-post immedjatament waslet ambulanza b’tim mediku li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn ftit wara ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda serja.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella li ħatret inkjesta.