Shaibu Abdul Salam ta’ ħamsa u għoxrin sena mill-Ghana nżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati għal traffikar tad-droga.
Fil-Qorti nstema’ kif it-Tlieta li għadda, il-Pulizija ta’ Kontra d-Droga kienet qed tagħmel ronda fil-Marsa, meta nnutat raġel suspettuż.
Kien hawn li l-Pulizija avviċnawh u bdew ikellmuh, iżda dan sar aggressiv, tant li pprova jieħu pistola ta’ Pulizija u għalhekk intalbet l-assistenza tar-Rapid Intervention Unit.
Hawn ir-raġel kompla jkun aggressiv, u ma bediex jobdi l-ordnijiet, u għalhekk ġie arrestat.
Wara tfittxija fuqu, allegatament instabu madwar ħamsin borża żgħira b’sustanza suspettata kannabis lesti għat-traffikar, kif ukoll mal-€2,800 fi flus kontanti.
Instema’ wkoll kif huwa m’għandu ebda rabta f’pajjiżna u kellu titjira fl-għaxra ta’ Settembru.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/09/02/se-jitressaq-il-qorti-barrest-wara-sejba-ta-50-borza-droga-suspettata-kannabis/
Ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.