Il-protokolli marbuta mal-ftuħ tal-iskejjel kif preżentati mill-Ministeru għall-Edukazzjoni huma approvati mis-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika.
ONE News huwa infurmat li fl-aħħar sigħat, il-Ministeru għall-Edukazzjoni rċieva konferma uffiċjali mill-Uffiċċju tal-Professur Charmaine Gauci li l-protokolli mressqa huma konformi mas-Saħħa Pubblika.
Issa jmiss li ssir diskussjoni mal-partijiet involuti fosthom ir-rappreżentanti tal-edukaturi dwar dawn il-protokolli.
Nhar it-Tlieta, il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana qalet li l-pjan tal-ftuħ tal-iskejjel kien f’idejn l-awtoritajiet tas-saħħa.
Spjegat li fit-tħeħħija ta’ dan il-pjan, il-Gvern kien aktar esperjenzat u kellu favurih pjan ta’ tilqim b’saħħtu.
Il-Ministru Caruana spjegat kif malli l-pjan jiġi approvat, kif fil-fatt ġara, jibdew id-diskussjonijiet mal-imsieħba kollha fis-settur sabiex dan imbagħad jidħol fis-seħħ.