Tħabbret il-mewt ta’ Mikis Theodorakis, kompożitur prolifiku Grieg li kiteb l-innu tal-Ħelsien.
Theodorakis miet fl-età ta’ 96 sena u kiteb il-mużika għall-film famuż ‘Zorba the Greek’.
Huwa miet fi sptar f’Ateni.
Missier u omm Theodorakis kienu minn Kreta u fi żmien it-tieni gwerra dinjija huwa kien parti minn grupp ta’ reżistenza kontra l-qawwiet Ġermaniżi u Taljani.
Meta kien hemm il-Gvern dittatorjali tal-Kurunelli, Theodorakis kien ġie arrestat minħabba l-fehmiet xellugin tiegħu.
Huwa kien inħeles u anki mar Pariġi sakemm irritorna fil-Greċja u ngħata merħba ta’ eroj meta spiċċa l-Gvern awtokratiku.
Huwa kiteb bosta innijiet, sinfoniji, kantati u anki opri.