Żagħżugħ ta’ tmintax-il sena ammetta fil-Qorti li ħaraq vann f’Ħal Qormi.
Fil-Qorti ntqal kif il-każ ġara fl-erbatax ta’ Awwissu li għadda.
Isem l-akkużat ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti minħabba l-kundizzjoni tas-saħħa mentali tiegħu.
Fil-Qorti huwa ammetta l-akkużi kollha, waqt li talab sabiex ma jintbagħtx il-ħabs.
Hawnhekk, il-Qorti qalet li jekk l-akkużat jieħu t-trattament meħtieġ, huwa ma jintbagħtx il-ħabs.
Il-Prosekuzzjoni qalet li hija identifikat lill-akkużat permezz ta’ filmati elevati minn filmati tas-sigurtà.