Papa Franġisku kkonferma l-interess li jżur lil Malta fix-xhur li ġejjin.
F’intervista fuq radju Spanjol mal-ġurnalist Carlos Herrera, il-Papa qal li l-għażla tiegħu biex jagħmel il-vjaġġi Appostoliċi huma pajjiżi żgħar.
Hawnhekk semma l-Albanija, l-Islovakkja, Ċipru, il-Greċja u anki lil Malta.
Il-Papa kien mistoqsi jekk jixtieqx imur f’Sevilla fi Spanja għall-Ġimgħa Mqaddsa.
F’din il-belt isiru purċissjonijiet famużi marbuta mal-Ġimgħa l-Kbira.
Il-Papa wera interess għal dan iżda saħaq hu stess li għalissa se jżur pajjiżi żgħar, fosthom Malta.
Dalgħodu l-istazzjon RAI qal li l-Kap tal-Knisja Kattolika mistenni jżur Malta f’Diċembru wara li jkun żar il-Greċja u Ċipru.