Il-prezzijiet tal-enerġija f’pajjiżna, partikolarment fjuwil u elettriku, roħsu ferm iktar minn kemm roħsu dawk fl-Unjoni Ewropea. Dan jikkonfermah dan statistiċi tal-Kummissjoni Ewropea li juru kif filwaqt li f’dan ix-xahar roħsu l-prezzijiet tal-fjuwil f’Malta, żdiedu dawk fl-Unjoni Ewropea.
Il-prezzijiet tal-enerġija għolew u qed jibqgħu jogħlew, bil-kumitat tar-reġjuni tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li din hija xi ħaga ta’ tħassib.
Dan intqal waqt diskussjoni dwar il-politika tal-enerġija fl-Ewropa u l-konsumatur.
Intqal li fl-Ewropa żdiedu l-prezzijiet tal-elettriku, tal-gass, bħalma żdiedu l-prezzijiet tal-fjuwil.
Tikkuntrasta s-sitwazzjoni f’pajjiżna fejn skont statistika tal-Kummissjoni Ewropea r-roħs fil-prezz tal-fjuwil kien ferm iktar minn dak f’pajjiżi oħra Ewropej.
Dan meta wieħed jikkunsidra l-perjodu minn Jannar elfejn u hmistax.
Minn Jannar 2015 il-prezz tal-petrol fl-Unjoni Ewropea raħas b’żewġ ċentezmi filwaqt li tad-diesel b’disa’ ċenteżmi.
Iżda fl-stess perjodu, f’pajjiżna l-prezz tal-petrol raħas b’14-il ċenteżmu u l-prezz tad-diesel naqqas b’19-il ċenteżmu.
Il-Kummissjoni Ewropea innotat li l-prezzijiet tal-fjuwil komplew jorħsu, sa din il-ġimgħa stess. Il-prezz tal-petrol raħas b’erba’ ċenteżmi u l-prezz tad-diesel b’sitt ċenteżmi.
Dan fl-istess ħin li l-prezz tal-fjuwil f’pajjiżi Ewropej telgħu b’żewġ ċenteżmi.
Il-Maltin bdew iħallsu prezzijiet tal-fjuwil orħos sa minn xahar wara li nbidel il-Gvern. Dan wara li għal ħames snin sħaħ ċittadini Maltin kien qed iħallsu fost l-ogħla prezzijiet tal-fjuwil.
Gvern Nazzjonalista kien jgħid li l-prezzijiet tal-fjuwil u l-elettriku f’pajjiżna qed jiżdiedu minħabba l-prezz internazzjonali taż-żejt.
Iżda, kemm il-prezzijiet tal-fjuwil u kemm dawk tal-elettriku kienu żdiedu ferm iktar minn kemm żdiedu l-prezzijiet taż-żejt.
Dan kollu jfisser li dawn iż-żewġ deċiżjonijiet swew lill-familja medja Maltija spejjeż ogħla ta’ madwar €1,500 kull sena.
B’kuntrast, il-politika tal-Gvern preżenti waslet għal tnaqqis fl-ispiża tal-familja medja ta’ €820 kull sena, li €150 minnhom huma kontijiet tad-dawl orħos u l-bqija roħs fil-fjuwil.