Raġel ta’ 53 sena ngħata l-ħelsien mill-arrest meta ttella’ l-Qorti mixli bi vjolenza domestika fuq is-sieħba tiegħu.
Fil-Qorti ġie spjegat li l-allegat vittma meta marret tirrapporta dehret li kellha diversi ġrieħi u qalet li kienet imsawta mis-sieħeb tagħha.
L-ispettur irrakkonta li l-allegat vittma qalet li l-abbuż kien ilu għaddej.
Il-libertá proviżorja ngħatat fuq depożitu ta’ €1,500 u garanzija personali ta’ €1,500.
Il-Maġistrat Ian Farrugia kellu kliem iebes għall-imputat fid-dawl tal-akkużi u s-sitwazzjoni kif żvolġiet fil-Qorti.
Intant, hu ħareġ ordni ta’ protezzjoni favur s-sieħba tal-akkużat.