Sudaniż ta’ tmintax-il sena ntbagħat sitt xhur ħabs wara li ammetta li għamel użu minn dokumenti foloz biex jaqbad titjira lejn Bergamo.
Iż-żagħżugħ fil-Qorti spjega li qed jipprova jieħu lill-familja tiegħu u skuża ruħu u saħansitra fehem li l-liġi qiegħda hemm biex titwettaq.
Hu ġie mixli li kellu fil-pussess tiegħu passaport falz u li għamel użu minnu.