ONE News jista’ jikkonferma li tarbija tifla ta’ 6 xhur tilfet ħajjitha wara li għerqet f’banju.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar fi Triq l-Arżnell f’San Pawl il-Baħar.
Immedjatament fuq il-post issejħet l-assistenza medika mill-Isptar Mater Dei fosthom tobba tal-emerġenza li għamlu kull tentattiv biex isalvaw lit-tarbija. Preżenti fuq il-post kien ukoll membri mis-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar.
Wara ammont ta’ ħin fuq il-post it-tarbija ttieħdet l-isptar permezz ta’ ambulanza li ġiet skortata.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.