Ftit tal-mumenti ilu tarbija ta’ sitt xhur ddaħħlet l-isptar f’qagħda kritika wara li kienet għadha kif għerqet f’banju.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa fi Triq l-Arżnell f’San Pawl il-Baħar.
Immedjatament fuq il-post waslu diversi ħaddiema tal-emerġenza fosthom numru ta’ tobba li bdew jagħtu l-ewwel għajnuna lit-tarbija anki permezz tas-CPR. Fuq il-post kien hemm ukoll membri mir-Red Cross li assistew fil-ħidma. Il-ħidma baqgħet għaddejja għal diversi minuti fir-residenza fejn seħħ l-inċident sakemm għall-ħabta tas-siegħa u nofs t-tarbija ddaħħlet fl-ambulanza u ttieħdet fl-Isptar Mater Dei.
Fil-ħin tal-inċident kien hemm ukoll mara flimkien ma’ żewġ itfal oħra fir-residenza.
Minħabba l-urġenza tal-każ l-ambulanza ġiet skortata minn diversi vetturi oħra tal-emerġenza.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.