Fl-aħħar sigħat fiequ 66 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 40 każ minn fost 3,411-il test, biex il-każijiet attivi niżlu għal 642.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,178,309 testijiet.
Sal-bieraħ, ingħataw ukoll 794,531 doża tal-vaċċin. Minnhom, 412,605 kienu l-ewwel doża u 411,422 persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 29 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, li tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Fl -aħħar sigħat mietet mara ta’ wieħed u sittin sena li kienet pożittiva għall-COVID-19.