Kurt Buttigieg ta’ 39 sena mill-Marsa inżamm arrestat wara li kien akkużat li kellu fil-pussess tiegħu kilo droga Kokaina, arma u munizzjon mhux reġistrati mal-Kummissarju tal-Pulizija u talli naqas milli jobdi l-ordnijiet tal-Pulizija wara li meta ġie mwaqqaf pprova jaħrab bil-vann li kien qed isuq u ħabat ġo karozza tal-Pulizja.
Fil-Qorti l-Ispetturi Justine Grech u Marshal Mallia spjegaw ukoll li r-raġel huwa reċediv u talbu biex jinżamm arrestat.
Hawnhekk id-difiża oġġezzjonat għal din it-talba madankollu l-prosekuzzjoni spjegat kif għand ir-raġel instabu ammont kbir ta’ ċwievet ta’ vetturi u propjetajiet u għadu ma ġiex eskluż li fihom jista’ jinstab aktar materjal u sustanzi llegali.
Kien għalhekk u minħabba n-nuqqas ta’ koperazzjoni mill-imputat fil-ħin tal-arrest li l-Qorti ċaħdet din it-talba u ordnat li Farrugia jibqa’ jinżamm arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.