Tliet nisa, fosthom anzjana ta’ wieħed u sebgħin sena, iddaħħlu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara ħabta frontali bejn vann u karozza f’Ħal Tarxien.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-disgħa ta’ dalgħodu fi Triq San Anard.
Il-vann tat-tip Toyota Hilux kien qed jinstaq minn raġel ta’ sebgħa u erbgħin sena minn Ħal Tarxien, u miegħu kien hemm anzjana ta’ wieħed u sebgħin sena u mara ta’ disgħa u erbgħin sena, it-tnejn mill-Fgura, filwaqt li l-karozza tat-tip Opel Corsa kienet qed tinstaq minn mara ta’ erbgħa u erbgħin sena minn Ħal Għaxaq.
Iż-żewġ passiġġieri tal-vann u x-xufiera tal-karozza ttieħdu l-isptar għal aktar kura.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellhom jassistu lit-tim mediku mid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei biex ħarġu lil waħda mill-passiġġieri mill-vann.
Waħda mill-passiġġieri tal-vann inħarġet mill-vettura minn membri tal-Protezzjoni Ċivili minħabba li nqabdet gol-vann.
Fuq il-post waslu wkoll tliet ambulanzi biex jieħdu lill-persuni feruti l-isptar għall-kura.
Kawża tal-inċident parti mit-triq prinċipali kellha tingħalaq ghat traffiku.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.