Fi stqarrija mibgħuta mid-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali ċċara għadd ta’ allegazzjonijiet li ngħad li huma foloz, mgħamula minn persuni fuq il-midja soċjali li “mhux infurmati.”
Id-Direttorat tenna li l-allegazzjonijiet dwar klieb li huma aggressiva qed jitraqqdu, huma foloz hekk kif is-sezzjoni tal-klieb għandha diversi klieb li huma meqjusa aggressivi u hemm numru ta’ persuni li jħarrġu l-klieb li ġew ikkonsultati.
Spjega kif sfortunatament, f’okkażjonijiet rari, id-Direttorat kellu jieħu deċiżjoni diffiċli biex iraqqad kelb kawża tal-kundizzjoni medika jew diżordni mentali. Spjegaw kif id-Direttorat ma jistax jieħu riskju jekk kelb ikollu “prey-drive” għolja li jaf twassal tkun ta’ periklu għall-bnedmin.
Tenna dan id-Direttorat hekk kif spjega li f’sena ġew salvati 423 kelb fejn bħalissa 84 kelb jinsab fil-kura taghħom, li 23 minnhom hum tar-razza Pitbull.
Spjega kif l-allegazzjonijiet li qed isiru li klieb tar-razza Pitbull qed jitraqdu, mhix vera hekk kif id-Direttorat sab dar għall-21 pitbull tul din is-sena, kif ukoll għexieren ta’ klieb oħra.
L-allegazzjonijiet li d-Direttorat qed iraqqad numru ta’ klieb kawża ta’ nuqqas ta’ spazju hija wkoll allegazzjoni falza.
Fl-istqarrija tenniet kif it-tim jaħdmu qatigħ iħabbtu wiċċhom ma’ għadd ta’ każijiet kuljum u kif ukoll jippromwovu l-adozzjoni tal-klieb li jinsabu fil-kura tagħhom.
Fost oħrajn, id-Direttorat tenna li l-allegazzjonijiet li d-Direttorat qed iqabbad lill-voluntiera jiffirmaw ftehim minn qabel biex ma jitkellmux kif jitmexxa d-Direttorat hi falza.