Studju qed juri li vaċċin ġdid jista’ jipproġeti lit-tfal fl-Afrika mill-marda qattiela tal-malarja u b’hekk tnaqqas b’mod drastiku l-imwiet fosthom l-etajiet żgħar b’70%.
Riċerkaturi mir-Renju Unit qalu kif dan jista’ jsir billi t-tfal Afrikani jingħataw il-vaċċin qabel l-istaġun li fih jimirdu ħafna bil-malarja, flimkien ma’ mediċina preventiva.
Dan intqal wara studju li sar fost 6,000 tifel u tifla li għandhom anqas minn sena u nofs.
Il-maġġoranza tal-400,000 mewta fis-sena tkun ta’ tfal anqas minn ħames snin.
Din il-marda għadha sal-lum toħloq problemi kbar fil-qasam tas-saħħa f’ħafna pajjiżi fl-Afrika.