Raġel ta’ ħamsa u erbgħin sena ġie kkundannat sitt snin ħabs wara li nstab ħati li f’Ottubru li għadda, ħebb u seraq flus mingħand anzjan ta’ ħamsa u disgħin sena waqt li kien fir-residenza tiegħu fil-Ħamrun.
Huwa ġie akkużat ukoll li żamm lill-anzjan kontra l-volontà tiegħu, li kiser il-kundizzjonijiet ta’ sentenza sospiża u li huwa riċediv.
Ir-raġel ġie ordnat iħallas multa ta’ elf u mitt ewro lill-vittma.
Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Mario Xiberras, Stephen Gulia u Jeffrey Scicluna.