Kolombjana ta’ 18-il sena ndarbet gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart ta’ waranofsinhar fi Triq Sant’Andrija, San Ġiljan.
Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li l-vittma weġġgħet wara li ntlaqtet minn vann Citroen, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 41 sena residenti l-Fgura.
Fuq il-post issejħu tim mediku u uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili sabiex joħorġu liż-żagħżugħa minn taħt il-vettura. Hija ttieħdet l-isptar u aktar tard, ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.