Bejn April u Ġunju n-numru ta’ persuni li qagħdu f’postijiet bħal-lukandi żdiedu b’aktar minn sittin elf.
Dan meta mqabbel mal-ewwel kwart ta’ din is-sena.
Skont statistika maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, l-NSO, in-numru ta’ persuni li qagħdu fost oħrajn f’lukandi fit-tieni kwart ta’ din is-sena laħħaq l-143,773.
Imqabbel mal-istess kwart tas-sena l-oħra, iż-żieda hija iktar qawwija peress li s-sena l-oħra kienu l-ewwel xhur li faqqgħet il-pandemija.
Fil-fatt bejn April u Ġunju tas-sena l-oħra kien hemm biss 17,157 persuna li qagħdu f’akkomodazzjoni kollettiva bħal-lukandi.
In-numru ta’ ljieli bejn it-tieni kwart ta’ din is-sena u l-ewwel kwart ta’ din is-sena wkoll żdiedu, kważi bid-doppju.
Filwaqt li bejn Jannar u Marzu li għadda n-numru ta’ ljieli laħqu t-305,114, bejn April u Ġunju n-numru ta’ ljieli laħqu l-596,740.
In-numru ta’ ljieli bejn April u Ġunju tas-sena l-oħra kienu biss ta’ 64,185 biex b’hekk iż-żieda mqabbla ma’ din is-sena kienet t’aktar minn nofs miljun.
Sa Ġunju li għadda kien hawn 198 akkomodazzjoni kollettiva, bi kważi 18,000-il kamra tas-sodda u qrib it-42,000 sodda.