Raġel ta’ 30 sena minn Ħal Qormi kien arrestat matul il-lejl li għadda u bħalissa qed jinżamm fil-lock-up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.
Hu ġie arrestat b’rabta mal-każ li seħħ f’Birkirkara fejn raġel qala’ daqqiet ta’ sikkina waqt argument.
Fi stqarrija, il-pulizija spjegat li l-allegat aggressur ħarab minn fuq il-post iżda imbagħad ġie arrestat wara.
Il-vittma ta’ 27 sena mill-Imsida ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-każ seħħ fis-7:30 tal-Ħadd filgħaxija fi Triq il-Wied.
B’dan il-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiaq li ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.
ARA WKOLL:
https://www.one.com.mt/2021/08/22/ragel-l-isptar-wara-li-qala-daqqiet-ta-sikkina-fbirkirkara/