Propju kif bosta siti tat-temp kienu qed ibassru, kmieni l-Ħadd wara nofshinar bosta partijiet f’Malta esperjenzaw ix-xita. Infatti l-jum tal-Ħadd kien ikkaraterizzat minn sħab għoli.
Bħal dawn il-jiem propju wara Santa Marija jew kif ħafna jafuha bħala l-għerejjex ta’ Santa Marija, il-gżejjer Maltin dejjem jesperjenzaw xita.
Kienu n-naħat tar-Rabat ta’ Malta u lokalitajiet oħra fil-madwar li esperjenzaw ammont sostanzjali ta’ xita.
Intant, bosta ddeskrivew din ix-xita bħala manna fid-deżert, hekk kif il-bdiewa wkoll kienu fuq ix-xwiek għall-ewwel xita minħabba raba’ tagħhom.