F’Bormla, persuna jew persuni mhux magħrufa allegatament qatlu l-qattus Tommy billi ħarquh ħaj.
Ritratti mibgħuta minn persuna li għamlet kuntatt ma’ ONE News juri dak l-fdalijiet ta’ Tommy li kien jifrekwenta l-inħawi ta’ Bormla.
Fil-fatt l-istess persuna li tkellmet ma’ ONE News spjegatilna kif il-qattus, deskritt bħala wieħed ħabbrieki u li jifraħ b’kull persuna, ingħata n-nar taħt vann billi twaddablu l-petrol. Dan sabiex waqt li kien qed jaqbad, ġera taħt siġra tal-palm ftit ‘il bogħod.
Hemmhekk instab dak li kien fadal minnu. Il-Pulizija ġiet infurmata b’dan il-każ.