“Fuq il-baħar, kull ġurnata għandek storja ġdida.”
Dan kien kliem Charlo D’Amato, sajjied prim, iżda għal dan l-istaġun partikolari, sajjied tal-lampuki.”
Hu ilu jistad għal dawn l-aħħar għoxrin sena u spjegalna li kull staġun jattira lejh ħuta differenti.
Iżda hu waqt kull staġun jittanta xortih fuq il-mewġ Malti.
Qal, “Dejjem nimxu mal-istaġuni. Aħna nibdew mit-Tonn, Pixxispad, Lampuki, dejjem nimxi skont l-istaġun.”
Hu qalilna kif irnexxielu jipprepara ruħu għal dan l-istaġun tal-lampuki.
Qal, “Għamilna ġimagħtejn ta’ preparament bħalissa ġo din is-sħana kollha. Kulħadd ma jiflaħx jiċċaqlaq bħalma tafu. Nippruvaw u j’Alla jkollna staġun tajjeb għal kulħadd.”
Saqsejnieh għal liema raġuni għażel li jaħdem dan ix-xogħol.
Spjega, “Sajjied, issir sajjied. Naħseb li tkun ġo fik għax huwa xogħol iebes ħafna. Daż-żmien sar iktar iebes bir-regolamenti li hawn imma la tkun ġo fik, naħseb la jkollok il-bastiment tiegħek jew tarma jew żarma.”
Minkejja s-sejħa li tagħmlilhom qalbhom għall-baħar miftuħ, dan ix-xogħol mhuwiex nieqes mis-saram.
Qal, “Waqt il-lant tax-xogħol tagħna, ħafna drabi tieħu pjaċir fuq il-baħar għax meta tkun qed taqbad il-ħut tieħu pjaċir imma hemm affarijiet li huma tal-biża’. Waħda mill-agħar hija meta tkun mgħobbi kif qegħdin bħalissa u trid tmur tarmi. Bħala għada msemmi naqra bir-riħ u tiddejjaq ukoll għax il-bastiment ikun mgħoddi.”
Qabel ħallejnih ikompli fuq xogħlu, Charlo kellu dawn l-aħħar kliem x’jgħidilna dwar l-istaġun ta’ waħda mill-aktar ħut imfittxija.
Qal, “Nistennew li jkun hemm il-lampuki ħa naqbduhom u niġu nitimgħu l-poplu Malti.”