Dan l-aħħar xahar, is-servizzi kollha ta’ Caritas Malta li toffri fil-komunitá issa nġabru taħt saqaf wieħed, binja aċċessibbli li tinsab fil-Ħamrun.
Din il-binja msejħa Caritas Community Centre, tospita s-servizzi kollha li Caritas Malta ilha għal għexieren ta’ snin tikkoordina mill-Head Office tagħha li kien jinsab fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana.
Fost is-servizzi nsibu dawk soċjali, preventivi, riċerka u ta’ koordinament, servizzi ta’ counselling għal persuni li għandhom dipendenza fuq sustanzi biċ-Ċentru jinkludi l-uffiċċini amministrattivi ta’ Caritas Malta, sala kbira fejn jistgħu jsiru attivitajiet soċjali, konferenzi u taħrig għall-staff u l-voluntiera, kif ukoll ġardina u kafetterija li joffri post ta’ rikreazzjoni u terapija.
Dan iċ-Ċentru se jagħmilha possibbli li f’post ċentrali jinġabru dawn is-servizzi fil-komunitá taħt saqaf wieħed.