Diversi binjiet ġew evakwati u raġel ġie arrestat wara li għamel theddida ta’ bomba ħdejn il-binja tal-Kungress Amerikan f’Washington DC.
Ir-raġel li għandu 49 sena ta’ ruħu b’idejh lill-pulizija sigħat wara li għamel it-theddida.
Qed jiġi rrapportat li l-mottivi tiegħu għadhom mhux magħrufa u l-pulizija għaddejja bi tfittxijiet fil-karozza tiegħu.
Ir-raġel ġibed filmat tiegħu nnifsu fejn indirizza lill-President Amerikan Joe Biden u tkellem fuq revoluzzjoni.
Hu pparkja l-karozza tiegħu u mill-karozza informa uffiċjal tal-pulizija u qallu li kellu bomba.
Il-pulizija kkomunikat mar-raġel permezz ta’ whiteboard u għamlu użu minn robot biex wasslulu mobile li qas biss għamel użu minnu.
Hu spiċċa ħareġ mill-karozza u m’għamilx reżistenza għall-arrest.
Il-Pulizija qalu li skoprew materjali li jistgħu jintużaw biex tinbena bomba iżda bomba sħiħa ma nstabitx.