Tard ilbieraħ filgħaxija, wara talba miċ-ċentru Ruman għall-kordinazzjoni marittima, iċ-ċentru Malti ħareġ ħelikopter AW139 sabiex jgħin żewġ immirganti li kienu abbord vapur Spanjol.
Dawn kellhom bżonn assistenza medika u għalhekk ittieħdu fl-Air Wing tal-Forzi Armati ta’ Malta u wara l-isptar Mater Dei b’ambulanza.