Fl-ewwel nofs din is-sena żdied in-numru ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol li ma rriżultawx f’fatalitajiet.
Statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO wriet li n-numru ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol li fihom ma mitux nies żdied bi 23 jew 2.1%.
Bejn Jannar u Ġunju mbagħad kellna sitt inċidenti fuq il-post tax-xogħol li sfortunatament mietu n-nies.
Dan ifisser li kien hemm żieda ta’ tliet każijiet aktar mill-istess perjodu tas-sena l-oħra.
1,131 persuna kienu involuti f’inċidenti li ma kinux fatali.
Il-biċċa l-kbira tal-inċidenti fuq il-post tax-xogħol li ma kinux fatali seħħew fis-settur tal-kostruzzjoni.
Fil-fatt dawn ammontaw għal 17.2% tal-ammont kollu tal-inċidenti.
16.6% tal-inċidenti mbagħad seħħew fis-settur tal-manifattura.
Kważi nofs l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol involvew persuni li weġġgħu f’dirgħajhom.
Aktar minn kwart tal-inċidenti seħħew f’kumpaniji li jħaddmu bejn ħamsin persuna iżda inqas minn mitejn u ħamsin ħaddiem.