F’intervista esklussiva ma’ ONE News, Marc E. L. James jirrakkonta t-terrur li ra quddiem għajnejh meta kien qed iservi fl-armata Ingliża fl-Afganistan fil-ġlieda kontra l-militanti Talibani.
Fl-intervista jsemmi fost oħrajn il-qtil kiesaħ u biered ta’ mara minn żewġha stess u kif illum iħares lejn l-iżviluppi li rajna fl-aħħar jiem fl-Afganistan.
Bid-dmugħ f’għajnejh isemmi u juri ritratti ta’ suldati sħabu li ċarċru demmhom għal din il-gwerra issa mitlufa.