Matul ix-xahar li għadda Malta kellha l-inqas rata ta’ inflazzjoni fost l-istati membri kollha.
Statistika maħruġa mill-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat, uriet li Malta għandha rata baxxa ta’ 0.3% ta’ inflazzjoni, li tfisser ir-rata ta’ żieda fil-prezzijiet tal-prodotti.
L-ogħla rata ta’ inflazzjoni ġiet irreġistrata fl-Estonja, b’4.9%
Il-medja taż-Żona Ewro kienet ta’ 2.2%, li tfisser aktar minn seba’ darbiet aktar mir-rata ta’ Malta.