Waqt laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea, dawn qablu li ma jagħtux l-għajnuna finanzjarja għall-iżvilupp fl-Afganistan.
Din is-sospensjoni se tibqa’ fis-seħħ sakemm l-Unjoni Ewropea tkun tista’ tidħol fi djalogu mal-mexxejja l-ġodda tal-Afganistan, it-Taliban.
Il-Kummissjoni Ewropea kienet wegħdet li se tagħti €1.2 biljun f’assistenza lilll-Afganistan għat-tliet snin li ġejjin.
Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin Ewropej qablu li l-għajnuna umanitarja se tkompli u anke ser tiżdied minn naħa tal-Unjoni Ewropea.
F’konferenza tal-aħbarijiet mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea, Josep Borrell, wara din il-laqgħa, dan qal kif l-Unjoni Ewropea trid tiddjaloga fl-aħħar mill-aħħar mat-Taliban.
Qal li dan id-djalogu se jkun kruċjali sabiex ma jkunx hemm kriżi umanitarja.