Maria Magdalena Sultana ta’ 45 sena minn Ħal Għaxaq ingħatat il-ħelsien mill-arrest wara li tressqet il-Qorti mixlija b’akkużi relatati ma’ ħasil ta’ flus.
L-imputata li ma taħdimx u li dehret kontinwament tolfoq fl-awla, wieġbet mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha.
Il-Prosekuzzjoni għamlet ukoll talba għall-ordni ta’ ffriżar bid-difiża opponiet din it-talba u sejjaħ l-investigazzjoni bħala witch hunt.
Il-Prosekuzzjoni spjegat kif l-imputata għandha passat ta’ kriminalità u l-akkużi fil-konfront tagħha huma serji.