Mara qed tallega li l-kantant Amerikan Bob Dylan abbużaha sesswalment fl-1965, meta hi kellha 12-il sena.
F’każ li l-mara fetħet il-Qorti ntqal li Dylan offra d-drogi u x-xorb lit-tifla qabel ma abbużaha sesswalment diversi drabi f’lukanda ewlenija fi New York, l-Istati Uniti.
Dylan qed jiċħad dawn l-akkużi u kelliem għalih qal li se jiddefendi lilu nnifsu fil-Qorti.