In-Nazzjonijiet Uniti se tagħmel ħilitha sabiex tkun protetta kull ħajja fl-Afganistan.
Dan intqal it-Tnejn wara nofsinhar, waqt laqgħa urġenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li bdiet tiddiskuti s-sitwazzjoni fl-Afganistan, hekk kif it-Taliban ħa l-poter tal-pajjiż.
Is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda Antonio Guterres qal kif il-Ġnus Magħquda għandha tuża kull mezz possibbli kontra t-terroriżmu u anke li d-drittijiet umani f’dan il-pajjiż għandhom ikunu rispettati.
Huwa qal li l-Afgani m’għandhomx ikunu abbandunati.
Semma kif il-Ġnus Magħquda se tagħmel kull mezz possibbli sabiex twaqqaf il-vjolenza u tirrispetta d-drittijiet umani.
Guterres appella sabiex il-pajjiżi kollha jagħtu sehemhom sabiex jilqgħu r-refuġjati u dawk li jirnexxielhom jaħarbu minn dan il-pajjiż ma jergħux jibgħatuhom lura.