Raġel ġie salvat mill-Forzi Armati ta’ Malta wara li għerqet id-dgħajsa li kien fuqha f’Tas-Sliema.
Minn informazzjoni miksuba jidher li għal xi raġuni d-dgħajsa nqalbet u l-persuna spiċċat fil-baħar.
Immedjatament fuq il-post intalbet l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta li waslu fuq il-post permezz tad-dgħajsa tas-salvataġġ Melita 1.
Ir-raġel ttella’ fuq il-lanċa tal-Forzi Armati u ngħata l-għajnuna medika fuq il-post.
Preżenti wkoll kien hemm membri mill-għaqda tas-Salib l-Aħmar li assistew fl-operazzjoni.
Preżenti fuq l-art ssejħet ukoll ambulanza.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.