Il-President Afgan Ashraf Ghani ħarab mill-pajjiż u sab refuġju fit-Tajikistan.
Fl-aħħar jiem huwa kien qed jaffaċċja pressjoni sabiex jirriżenja.
Fl-aħħar sigħat il-militanti Talibani daħlu f’Kabul u prattikament ħadu l-pajjiż kollu f’idejhom.
Apparti Ghani jidher li ħarab ukoll il-Viċi President Amrullah Saleh.
Intant, jidher li l-Ambaxxata Amerikana ċaqilqet il-kwartieri tagħha miċ-ċentru ta’ Kabul għall-ajruport fil-belt.
“Din mhux Saigon”, ġie kwotat jgħid uffiċjal Amerikan b’referenza għal dak li sar f’nofs is-sebgħinijiet mis-suldati Amerikani meta qabdu u ħarbu mill-Vjetnam hekk kif il-forzi Komunisti kienu avvanzaw.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/08/15/it-taliban-jidhlu-kabul-bla-rezistenza-l-afganistan-jaqa-fidejhom/