Bejn Jannar u Lulju ta’ din is-sena, in-numru ta’ immigranti li qasmu l-Mediterran żdiedu b’96%, meta mqabbel mas-sena li għaddiet.
Dan hekk kif fl-ewwel seba’ xhur qasmu 30,784 immigrant.
Dan ħareġ minn rapport tal-aġenzija tal-Unjoni Ewropea, il-FRONTEX, li jgħid ukoll kif l-aktar immigranti li qasmu din ir-rotta kienu mit-Tuneżija, il-Bangladesh u l-Eġittu.
Statistika oħra minn rapport tal-aġenzija tar-refugjati tan-Nazzjonijiet Uniti turi kif fl-Italja daħlu 29,243 immigrant, fi Spanja daħlu 17,167 immigrant u f’Malta daħlu 325 immigrant.
Fl-istess rapport ħareġ kif bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena kien hemm nuqqas ta’ 86% fil-wasliet tal-immigranti li daħlu f’Malta.
Fl-ewwel seba’ xhur tas-sena l-oħra daħlu 1,966 immigrant, waqt li fl-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena daħlu 325 immigrant.
Dan ifisser nuqqas ta’ 1,641 immigrant.
IMMIGRANTI F’MALTA FL-EWWEL SEBA’ XHUR TAL-2020 U L-2021
| 2020 | 2021 |
JANNAR | 553 | 0 |
FRAR | 436 | 65 |
MARZU | 146 | 0 |
APRIL | 66 | 14 |
MEJJU | 72 | 68 |
ĠUNJU | 426 | 97 |
LULJU | 267 | 81 |
TOTAL | 1,966 | 325 |