Raġel ta’ 55 sena ngħata sentenza sospiża ta’ ħabs wara li ammetta li seraq diversi oġġetti minn bajja f’Tas-Sliema.
Ir-raġel tressaq il-Qorti s-Sibt fejn intqal li hu stmat li l-ammont tal-oġġetti misruqa jaqbeż l-elf u tliet mitt ewro.
Intqal ukoll li l-akkużat ikkopera mal-Pulziija waqt l-arrest, u qal li temm program ta’ rijabilitazzjoni mid-droga. Minkejja dan jidher li riċenti, l-akkużat xorta abbuża mid-droga.
Il-Qort tagħtu sena ħabs sospiża għal sentejn u ordnat li r-raġel jitpoġġa taħt superviżjoni għal sentejn minħabba d-dipendenza fuq id-droga.