F’dan iż-żmien meta s-sħana qed tagħmel tagħha, wieħed għandu jieħu l-prekawzzjonijiet fl-aħjar interess tiegħu.
L-awtoritajiet tas-saħħa jirrikomandaw l-użu ta’ krema għall-kontra x-xemx, u jfittex id-dell meta jkun fit-triq. ONE News żar il-bajja tal-għadira f’jum xemxi tas-sajf, biex jistħarreġ kemm il-Maltin qed jimxu ma’ dan l-appell tul din il-mewġa ta’ sħana.
L-awtoritajiet tas-saħħa appellaw biex il-krema kontra x-xemx ma jintużax biss għal mawra ħdejn il-baħar iżda anke kuljum li wieħed joħroġ minn daru, u allura jkun espost anke ftit għar-raġġi tax-xemx. Jidher li għajr għal xi eċċezzjonijiet, il-krema kontra x-xemx jakkumpanjana sew ħdejn il-baħar….iżda fil-ħajja tagħna ta’ kuljum?